Lokali

Ħtieġa ta’ kundizzjonijiet xierqa għall-ħaddiema Torok – GWU

Iddikajrat dan il-General Workers’ Union b’riferenza speċjali għall-kontroversja tal-aħħar jiem fejn sar magħruf li madwar 5,000 ħaddiem Tork mistennija f’pajjiżna fi ftit ġimgħat biex jaħdmu fuq proġetti ta’ kostruzzjoni iżda se jispiċċaw jgħixu f’kontejners waqt li jaqilgħu l-paga minima.

Net News ilu jiem li ppubblika din l-aħbar, iżda kien biss ftit ilu li uffiċjali tal-Awtorità għamlu spezzjoni fil-post.

Fi stqarrija, il-General Workers’ Union iddikjarat li kull ħaddiem f’Malta għandu jibbenefika mid-drittijiet kollha li jgawdu l-kumplament tal-ħaddiema, irrispettivament jekk humiex mill-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi.

Il-GWU sostniet li l-ħaddiem għandu jkun ittrattat ta’ bniedem sħiħ u ma jkollux id-dinjità tiegħu mkasbra. Qalet ukoll li hi qatt m’għamlet distinzjoni bejn ħaddiem u ieħor.

Dikjarazzjoni li tasal ukoll wara li f’dawn l-aħħar ġranet il-Prim Ministru ddikjara li mingħajr il-barranin ma nkunux nistgħu nħallsu l-pensjonijiet.

Izda dan l-argument, ma jreġix. Ma fih l-ebda loġika. Kif spjegat il-UĦM Voice of the Workers fi stqarrija mahruga minnha…fejn qalet li l-pajjiż mhux qed jippjana u jħares ‘il quddiem sabiex il-pensjonijiet ikunu mibnija fuq pedamenti sodi.

Hafna qed jistqasu jekk dawn l-eluf ta’ barranin li qed jgħixu f’Malta, hux qed ihallsu l-bolla. Wieħed ma jistax jeskludi li numru minnhom qed jaħdmu bil-moħbi u la jħallsu bolla u lanqas income tax.

Il-UHM Voice of the Workers qed tghid illi waħda mill-miżuri li l-Gvern għandu jieħu sabiex nibdew nibnu pedamenti sodi aħjar milli għandna llum hija, li l-flus li jinġabru mill-bolla jmorru kollha f’fond apposta u separat.

B’referenza għal dan l-MDA fi stqarrija rreferiet ghal dawk li sejjhet “kundizzjonijiet inaccettabbli, li jaghtu vantagg lill-kuntratturi barranin”.

L-MDA qed teżiġi wkoll li l-kuntratturi Torok iħallsu t-taxxa, kif jagħmlu fuq kollox il-kumpaniji kollha tal-kostruzzjoni f’Malta.

Tags