Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista is-Sibt filgħodu komplew id-diskorsi minn diversi persuni waqt il-Kunsill Ġenerali għat-tielet sessjoni plenarja, bit-tema ‘Flimkien għal Pajjiżna’
Mark Schembri xtaq jgħaddi messaġġ li huwa tajjeb li bniedem jaqsam l-opinjoni tiegħu u huwa fid-dmir tagħna sabiex naqsmu dak kollu lil jħassibna mal-amministrazzjoni tal-Partit. Kulħadd jista’ jagħti sehemu u flimkien verament nirnexxu. Kompla billi ta l-kuraġġ liż-żgħażagħ għaliex huma l-futur ta’ pajjiżna. Tkellem ukoll fuq il-lokalita’ tan-Naxxar fejn hu ser ikun qed jikkontesta f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Mark Pisani irringrazzja lill-Kap tal-eżempji tajbin li qed iwassal u kemm qed ikun ta’ għajnuna għall-bagħtut. Saħaq kif illum il-ġurnata huwa diffiċli biex tlaħħaq mal-ispejjeż tal-ħajja fosthom il-kirjiet li illum il-ġurnata huma għoljin esaġerat u qal li dan kollu huwa għall-kuntrarju ta’ dak li qal il=Partit Laburista, meta qal li qed ngħixu fl-aqwa żmien.
Albert Buttigieg tkellem kif kulħadd jinsab f’mixja politika sabiex inkunu hemm għal kulħadd f’pajjiżna. Il-Ġid komuni huwa valur li dejjem dawwal lill-Partit Nazzjonalista. Flimkien nemmnu li għandna vizjoni kif nagħmlu lil Malta aħjar. Saħaq li huwa importanti li nfittxu valuri li jgħaqqduna għalkemm kultant ikun hemm mumenti fejn mhux kulħadd jaqbel ma’ xulxin. Huwa stieden lill-Partit Nazzjonalista sabiex ikun spalla ma spalla ma’ kulħadd sabiex flimkien inkunu hemm verament għal kulħadd.
Francis Pullicino qal kif il-Partit huwa l-Partit li ġab ġustizzja, liberta’ u indipendenza lil pajjiżna. Huwa jinsab kburi li aċċetta li jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Birkirkara. Huwa ftakar f’diversi kapijiet tal-Partit Nazzjonalista li taw identita’ lil Malta. Semma’ ukoll episodji koroh li minnhom għadda il-Partit Nazzjonalista iżda li dejjem baqa’ hemm għan-nies u determinat minkejja kollox.
Edward Torpiano wera it-tħassib dwar kemm jekk hux ser tkun serja u trasparenti din is-sistema il-ġdida tal-għadd tal-voti. Huwa issuġġerixxa dwar attenzjoni qawwijja sabiex ir-riżultat tal-Elezzjoni jkun wieħed ġust.
Roderick Caruana tkellem kif hawn nies Maltin jgħixu fil-garaxxijiet, fit-toroq u fis-shelters u li għal dawn in-nies il-Gvern Laburista m’għandux flus. Huwa appella sabiex naraw dawn il-każijiet u nagħtuhom l-għajnuna
Charles Selvaggi tkellem dwar kif Gvern Nazzjonalista dejjem ta l-għajnuna lill-Kunsilli Lokali iżda għall-kuntrarju ta’ dan, il-Partit Laburista neżża lill-kunsilli mill-Poteri. Huwa tkellem kif ser ikun lest li jgħin lir-residenti tal-Imsida, li ħafna minnhom huma barranin. Huwa kien, għadu u jibqa’ leali lejn il-Partit Nazzjonalista u fuq kollox lejn il-Kap Adrian Delia
Anton Mifsud tkellem dwar kemm hi għall-qalbu il-lokalita’ tal-Imtarfa. Il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa reġa’ ġie fuq saqajh grazzi għall-Partit Nazzjonalista. Inħolqu diversi għaqdiet fil-lokalita’ fosthom drama, scouts u oħrajn, kollu grazzi għall-Kunsill Lokali Nazzjonalista. Huwa tkellem ukoll fuq diversi problemi li jiltaqgħu magħhom ir-residenti tal-Imtarfa fosthom il-perikli fit-toroq. B’kunsill Nazzjonalista ir-residenti jistgħu iserħħu rashom li mhux ser ikun hemm żviluppi li huma ma jixtiequx li jsiru.
John Mizzi irid kwalita’ ta’ ħajja aħjar għall-anzjani, ma jixtieqx li jara anzjani joqgħodu aktar weħedhom. Tkellem kif Birkirkara għandha bżonn ħafna affarijiet fosthom night shelters, ambjent tajjeb għaż-żgħażagħ u sigurta’ fil-lokalita’. Stqarr li f’Birkirkara hemm problema kbira ta’ parkeġġ u jeħtieġ pjan ħolistiku sabiex jinħolqu parkeġġi, problemi oħra huma it-toroq u l-bankini u dawn qed joħolqu periklu kbir għar-residenti. Kunsill ġdid Nazzjonalista ser ikun hemm biex iżomm ir-residenti fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali
Ivan Bartolo tkellem kif l-aqwa żmien li kien jitkellem fuqu il-Partit Nazzjonalista, mhux qed jidher fl-istil ta’ ħajja li qed ngħixu. Il-faqar m’għadux moħbi iżda qed narawh b’għajnejna u nħossuh. Il-Kunsilli Lokali ġew żarmati mid-dmirijiet tagħhom mill-Gvern Laburista. Tkellem dwar il-problemi kbar li nħolqu fil-pjazza tar-Raħal Ġdid fosthom problema kbira ta’ parking. Sostna kif min mhux kapaċi jmexxi, għandu jwarrab.
Sean Gauci qal li wasal iż-żmien li nwasslu l-messaġġ lill-Gvern li daqshekk rifer fuq il-poplu. Sostna kif kulħadd għandu jagħti l-appoġġ kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll lill-Kap tal-Partit. Indirizza diversi problemi li qed naraw f’pajjiżna bħalissa fosthom il-kirjiet għoljin u n-nuqqas ta’ sigurta’ fit-toroq Maltin. Tkellem kif għandna naħdmu fuq dak li jgħaqqadna u mhux infittxu dak li jifridna.
Luke Vella tkellem kif kien il-Partit Nazzjonalista li biddel il-Malta għall-aħjar fosthom bid-dħul fl-Indipendenza. Sostna kif il-fergħa l-ġdida ‘TEAM START PN’ qed tkun qed tagħti l-opportunita’ liż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom. Huwa qal li aċċetta li joħroġ għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Birkirkara minħabba t-telqa kbira li hemm fil-lokalita’ u Kunsill Nazzjonalista ser jagħmel minn kollox sabiex itejjeb din il-lokalita. Huwa appella lill-Gvern sabiex jieqaf inawwar mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali
David Battistino stqarr li bit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, rajna parteċipazzjoni ta’ nies minn kull qasam. Għalkemm il-Partit Laburista m’għoġbitux l-idea tal-Kunsilli Lokali fil-bidu, malajr aċċetta li hija idea tajba u li permezz tagħhom il-pajjiż sejjer aħjar. Qal li mhux aċċettabli li l-Gvern ikompli inaqqar mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli Lokali u kien dan il-fatt li ħeġġu joħroġ għall-Kunsilli Lokali f’Ħaż-Żebbuġ.
Mikhail Micallef irringrazzja lill-Kap u lill-amministrazzjoni talli jagħtu iċ-ċans lil kulħadd biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Huwa tkellem dwar il-lokalita’ tal-Mosta u kif ser ikun qed jikkontesta fl-elezzjoni tal-kunsilli Lokali fl-istess lokalita’. Stqarr war l-importanza li kull kandidat iżur lill kull dar fil-lokalita’ u mhux dawk Nazzjonalisti biss. Huwa tenna kif il-Kunsilli Lokali mhumiex qedgħin hemm għall-indafa u l-bankini iżda għandu jkun ukoll Kunsill Soċjali.
Andre Muscat stqarr kif id-dokument li ppreżenta il-Partit Nazzjonalista wera il-ħidma kontinwa li qed jagħmel l-istess partit. Tkellem kif in-Naxxar ser ikun qed jerġa’ jinfetaħ il-Każin tal-Partit Nazzjonalista u rringrazzja lil kull min ta l-għajnuna għal dan il-proġett. Huwa qal li ser jagħmel minn kollox sabiex il-Kunsill Lokali jkun wieħed effettiv.
Alan Said stqarr kif tul dan l-aħħar ġimgħat kemm ilu jiltaqa’ mar-residenti fir-Rabat, qed jifhem aktar kemm in-nies jimpurtahom mill-Politika. Huwa tkellem kif il-kandidati m’għandhomx jiefqu biss fil-House Visits iżda wkoll iressqu dak kollu li jgħidulhom ir-residenti. Qal kif Adrian Delia qed juri kemm verament jimpurtah minn kulħadd u qed jimxu b’politika onesta.
Jeremy Cardona tkellem dwar il-problema tal-kostruzzjoni fil-Gżira, problema ta’ parkeġġ u diversi toroq magħluqa ta’ spiss. Huwa dmir tal-kunsill li jagħmel il-pressjoni neċessjarja sabiex ir-residenti tal-Gżira jgħixu l-ħajja li jixirqilhom. Kulħadd għandu dritt jgħix b’mod trankwill u kif jixraqlu.
Lydon Camilleri iddiskuta l-korruzzjoni kif diversi nies jaħsbu li din ma taffettwahomx iżda qed ikunu mqarqa. Tkellem kif il-Partit Laburista wiegħed diversi affarijiet u li minnhom ftit qed jiġu imwettqa. Huwa faħħar il-ħidma ta’ kapijiet li kellu il-Partit Nazzjonalista u li bil-ħila tagħhom pajjiżna mexa ‘l quddiem. Ħeġġeġ lil kulħadd sabiex fil-25 ta’ Mejju joħroġ u jivvota lill-Kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.
Joseph Magri tkellem dwar l-opportunitajiet li fetaħ il-Partit Nazzjonalista liż-żgħażaġħ.Il-Partit Nazzjonalista kompla b’saħħa jiddefendi lill-poplu Malti u Għawdxi avolja mill-oppożizzjoni. Semma’ il-kors ‘future leaders’ kif għen liż-żgħażagħ u l-fergħa l-ġdida ‘Team Start’ li ser tkun qed tagħti vuċi liż-żgħażagħ ta’ bejn l-erbatax u t-tmintax il-sena. Stqarr kif kulħadd għandu jagħti sehmu sabiex il-Partit Nazzjonalista jkompli jimxi l’ quddiem.
Alex Abela stqarr kif il-vot huwa dmir tagħna lkoll. Tkellem kif meta jsejjaħlek il-Partit huwa diffiċli biex tgħid le. Elenka diversi xogħolijiet li sar fis-Siġġiewi permezz ta’ Kunsill Lokali Nazzjonalista minkejja kull sfida li affaċċja. Il-Kunsill LokaLI tas-Siġġiewi ħadem u ser ikompli jaħdem għar-residenti kollha tal-istess lokalita’
Anton Debono tkellem dwar kif jixtieq ikun ta’ ħidma flimkien mal-kunsilliera l-oħra f’Tas-Sliema. Huwa ser ikun qed jikkontesta’ għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali minħabba diversi fatturi fosthom il-problemi li qed insibu f’pajjiżna bħall ngħidu aħna il-parkeġġ, kirjiet għoljin, problemi ta’ kostruzzjoni u trasport pubbliku.
Tony Dalli sellem lill Eddie Fenech Adami li kien hu li ħoloq il-Kunsilli Lokali. Qal ukoll kif il-Partit Nazzjonalista dejjem wera interess dwar il-Kunsilli Lokali u ix-xogħolijiet li jkunu qed isiru fil-lokalitajiet’. Huwa stqarr kemm hu importanti li tkun viċin in-nies u li tikkomunika man-nies tal-lokalita’, l-għaqda tal-kunsilliera kemm tal-istess partit kif ukoll tal-partiti l-oħra u wkoll kemm hu importanti li l-Kunsill Lokali jaħdem viċin tal-għaqdiet tal-irħula.
Ian Vassallo tkellem dwar kif għażel li jikkontesta mal-Partit Nazzjonalista għax huwa l-Partit li jaħdem man-nies. Huwa irringrazzja lil kull min prova jitfgħu lura iżda huwa dejjem issaħħaħ permezz t’hekk. Sfortunatament, il-Kunsilli Lokali spiċċa bħall-‘Customer Care’ għar-residenti u dan mhux sew. Bil-fondi li jkollu l-Kunsilli Lokali mhux qed ikunu biżżejjed sabiex jagħmel proġetti u diversi affarijiet oħra. Il-Gvern mhux qed jikkonsulta mal-Kunsilli Lokali qabel ma jagħmel xi proġetti fil-lokalitajiet’.
Jerome Caruana Cilia tkellem kif in-nies jridu politiċi li jxammru l-kmiem u jaħdmu u li jħabbtu bieb bieb tar-residenti tal-lokalita’. Tkellem dwar il-fallimenti tal-Gvern Laburista fosthom li hawn ħafna nies foqra. Huwa tkellem dwar l-għoli tal-ħajja u kif f’nofs ix-xahar, koppja qed ikollha tiddeċiedi jekk tikolx jew inkella tixtrix il-mediċina. Ħafna nies huma mħassba dwar kif il-Gvern mhux jagħmel minn kollox sabiex pajjiżna jkollu reputazzjoni tajba. Huwa tenna li flimkien għandna naħdmu wara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Jean Carl Agius Ciscaldi tkellem kif kien grazzi għall-MZPN li illum il-ġurnata ż-żgħażagħ ta’ 16-il sena għandhom id-dritt li jesprimu ruħhom permezz tal-vot 16. Stqarr kif kien il-Partit Nazzjonalista li ra li Malta jkollha reputazzjoni tajba. Tkellem kif permezz tal-house visits li qed jagħmel kuljum, qed jara u jifhem aħjar diversi problemi li jesperjenzaw ir-residenti tal-Pieta u Gwardamangia. Tkellem kif il-Partit Nazzjonalista ressaq 80 proposta fejn jidħlu il-Kunsilli Lokali u li minnhom il-Gvern aċċetta biss 5. Dan ifisser li l-Gvern mhux talli mhux jagħti kas il-Kunsilli Lokali iżda talli qed jinjorahom billi ma jaċċettax proposti.
Anthony Delia qal li jinsab emozzjonat minħabba li ingħata ċ-ċans biex ikun parti mit-tim ta’ partit li anke mill-oppożizzjoni qed jagħmel differenza. B’umilta kbira irid li jiġi ikkoreġut fejn jiżbalja u li jingħata għajnuna fejn ma jkunx jaf. Il-Gvern irid li jrażżan lill-kunsilli u jagħmilhom fi stat bla leħen għalhekk il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għandhom jingħaqdu flimkien sabiex dan ma jseħħx. Qal kif kien ġurnata b’ġurnata mal-Kap waqt l-elezzjoni tal-Kap billi kien idur kull festa miegħu u jidħlu f’residenzi sabiex jitkellmu magħhom. Stqarr li se jkun protagonista u mhux ser jibqa’ iktar spettatur.
Graziella Galea irringrazzjat il-ħidma tal-Kap u lill kull min jgħin fil-ħidma tal-Partit Nazzjonalista. Ir-riforma tal-kunsilli Lokali għandha tkun hemm sabiex ir-residenti ma jbatux minħabba li l-kunsilliera ma jattendux għal diversi laqgħat. Tkelmet kif il-Gvern qed iwegħdna skola kull sena iżda dawn qed jibqgħu biss wegħdiet. Stqarret ukoll kif diversi residenti qed jagħmlu minn kollox sabiex juru lill-Gvern li huma kontra il-proġett tal-Mistra. Minħabba d-determinazzjoni kbira li għandu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista hija ddeċidiet li terġa’ tikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’San Pawl il-Baħar
Emvin Bartolo qal li t-tema tal-Kunsill Ġenerali tgħinna nirriflettu dwar min verament jimpurtah minn pajjiżna. Huwa assigura lill-Partit Laburista, li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jgħid il-fatti kif inhuma u mhux ser jibża. Tkellem ukoll dwar kif kienu diversi kapijiet tal-Partit Nazzjonalista li ġabu diversi frott għal pajjiżna.
John Baptist Camilleri tkellem kif ma kinitx faċli għalih li jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali minħabba li qatt ma kien midħla tal-politika iżda issa li ilu fil-qasam tal-politika mhux ħazin, ħass li għandu jerġa jikkontesta. Il-Lokalita’ ta’ Marsascala illum il-ġurnata kibret u u magħha kibru il-problemi fl-istess lokalita’ fosthom il-parkeġġ. Tkellem dwar il-konsegwenzi li qed iħalli d-diversi bini li tiela fil-lokalita’. Tkellem kif minkejja li f’minoranza, il-Partit Nazzjonalista xorta waħda jagħmel differenza.
Stefan Caruana tenna kif il-Partit Nazzjonalista ser ikun il-vuċi ta’ dawk li jinsabu f’salib it-toroq, ta’ dawk li qed isofru inġustizzja,u taż-żgħażaġħ li qed isibu quddiem wiċċhom diffikultajiet ta’ xirita’ propretajiet u self mill-banek. Qed naraw ħafna familji jissieltu sabiex ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar. Il-Partit Nazzjonalista kien dejjem il-vuċi ta’ kulħadd u ser jibqa’ dejjem għan-nies u man-nies. It-triq mhux faċli iżda flimkien nistgħu naslu.
Stanley Zammit tkellem kif il-Partit Nazzjonalista kien wiret pajjiż b’kollox. Qal kif illum il-ġurnata, it-tekonoloġija turi dak kollu li nnies ma jkunux iridu juru. Huwa tkellem dwar kif ma nistgħux inwebblu lin-nies għal affarijiet li ma jistgħux isiru. Ikun kollu ħela ta’ ħin u flejjeż jekk fir-riforma tal-Kunsilli Lokali ma jerġgħux jingħataw lura dak li ġie meħud mingħandhom. Aħna irridu soċjeta li jimpurtaha għall-lokalitajiet tagħna.
Gillian Farrugia Pace tkelmet kif il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għamel diversi xogħolijiet u ħareġ b’servizzi ġodda għar-residenti. Iżda mhux biss, jistgħu igawdu ukoll it-turisti u dawk kollha li jżuru is-Siġġiewi. Hija qalet kif tinsab ħerqana li ser terġa tikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fis-Siġġiewi u għamlet l-appell sabiex kull resident jgħati l-appoġġ u joħroġ jivvota lil kull kandidat tal-Partit Nazzjonalista.
Paul Vella jinsab emozzjonat minħabba li hija l-ewwel darba li qed jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Tkellem dwar kif l-Imġarr huwa ir-raħal tal-bdiewa u stqarr kif il-Gvern qed ikisser lill-bdiewa. Tkellem kif ser ikun qed jaħdem mal-kunsilliera kollha kemm Nazzjonalisti u dawk Laburisti sabiex flimkien itejjbu il-Lokalita tal-Imġarr.
Patricia C Farrugia qalet kif il-Partit Nazzjonalista għina tesprimi ruħha. Qalet kif hi temmen ħafna fil-valur li tkun altruist. Studjat it-80 proposta li għamel il-Partit Nazzjonalista fejn jidħlu il-Kunsilli Lokali u kif rat kemm jaħdem il-Partit meta niġu għall-Kunsilli Lokali, hija ddeċidiet li tagħti sehema billi tikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-Mellieħa. Tenniet li ser tkun qed tħabbat il-bibien u tidħol f’kull dar fil-Mellieħa sabiex tifhem eżattament minn dak li qed jgħaddu ir-residenti.
Anthony Chircop tkellem dwar il-lokalita’ ta’ Sliema u kemm il-Gvern mhux qed jagħti kas ta’ dak li verament għandha bżonn din il-lokalita’. Il-permessi sabiex jinbnew apparatamenti u binjiet oħra f’din il-Lokalita’ qed ikunu ta’ pressjoni kemm fuq ir-residenti kif ukoll għal dawk kollha li għandhom in-negozji tagħhom f’Tas-Sliema. huwa irringrazzja lill-kunsilliera li dejjem kienu ta’ sosten fil-mixja għal Sliema aħjar. Huwa jinsab konvint kif l-aqwa partit għal futur aħjar f’pajjiżna huwa l-Partit Nazzjonalista
Pierre Portelli stqarr kif illum il-ġurnata mhux faċli li tkun sindku u għalhekk huwa irringrazzja b’mod speċjali lis-sindku ta’ tas-Sliema, l-lokalita fejn huwa ser ikun qed jikkontesta fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Nazzjonalista jinsab ippreparat għall-elezzjonijiet li ġejjien. Huwa tkellem dwar l-investimenti li saru fil-lokalita’ u kemm intefqu flus fi proġetti sabiex jitgawdew kemm mir-residenti kif ukoll minn dawk li jżuru il-lokalita ta’ tas-Sliema. Qal li l-Partit Nazzjonalista welled il-Kunsilli Lokali għax jemmen fin-nies u li n-nies għandhom dejjem ikunu fiċ-ċentru tal-Politika
Charles Bonello qal kif din ser tkun l-ewwel darba li l-Kunsilli Lokali kollha ser ikunu qed jieħdu sehem fl-elezzjoni. Il-Politika tal-Partit Nazzjonalista hija bbażata fuq in-nies u fuq l-ispirazzjoni tagħhom. Irridu nwasslu l-messaġġ tal-Partit mingħajr ma nistennew xejn lura. Il-Kunsilli tagħna kapaċi jagħmlu differenza fil-lokalitajiet anke jekk f’minoranza. Il-Partit Nazzjonalista qed imur kuljum fil-lokalitajiet sabiex ikun jista’ jintegra aktar man-nies u l-Kap qed jwassal l-messaġġ tal-Partit li huwa verament man-nies. Il-Gvern irid jgħati aktar poteri lill-Kunsilli Lokali sabiex jintużaw għas-servizz tar-residenti.
//= $special ?>





































