Matul il-Kunsill Ġenerali, il-Partit Nazzjonalista reġa’ wera li huwa partit miftuħ għaż-żgħażagħ hekk kif ta l-opportunità lil kull żagħżugħ u żagħżugħa li xtaqu jsemmgħu leħinhom.
Bit-tema ‘Flimkien għal pajjiżna’, dan il-Kunsill Ġenerali qed juri proprju dan, li ġaladarba għandna l-interess tal-pajjiż f’qalbna flimkien naslu għall-għan aħħari, irrispettivament mill-età li wieħed għandu.
Fl-aħħar jiem tal-Kunsill Ġenerali kellhom sehem dawk li pparteċipaw fil-proġett mħejji mill-Partit Nazzjonalista b’kollaborazzjoni mal-AŻAD ‘Futre Leaders’ kif ukoll membri mill-fergħa żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista Team Start, fergħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li għandu fiduċja sħiħa fiha.
Kristina Sant Sinagra sostniet li ma tistax ma tidħolx fil-politika meta tara l-problemi li hawn fil-pajjiż fosthom fl-ambjent u l-kiri bla kontroll.
Nicole Portelli saħqet li ż-żgħażagħ huma parti integrali tas-soċjetà tagħna u li l-vuċi tagħhom għandha tinstema’ iżjed.
Charlene Camilleri qalet li s-sistema edukattiva qiegħda tfalli lill-istudenti tagħna.
Iż-żagħżugħ Frederick Aquilina, sostna li jidher biċ-ċar li jekk l-ekonomija qed tiġi deskritta bħala b’saħħitha dan mhux qed jiġi rifless u wisq inqas mqassam b’mod xieraq mal-poplu Malti.
Il-Viċi President ta’ Team Start Jean Paul Barbara stqarr li l-PN verament huwa l-partit li jagħti vuċi liż-żgħażagħ.
Nicole Zammit saħqet li taħt Gvern Laburista hawn ħafna qed jistgħanew fil-lussu u jimlew żaqqhom filwaqt li hawn oħrajn qed ibagħtu fis-silenzju.
Jean Carl Agius Ciscaldi, tkellem kif il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem għar-reputazzjoni ta’ Malta.
Sean Gauci sostna li rridu nwasslu messaġġ lill-Gvern u nagħtu l-appoġġ kollu lill-Kap tal-Partit Adrian Delia.
Iż-żagħżugħ Luke Vella saħaq li l-fergħa l-ġdida ‘TEAM START li qed tagħti opportunita liż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom.
Jeremy Cardona insista li tlifna il-kontroll tal-problema tas-siti ta’ kostruzzjoni f’pajjiżna u dan kollu tort tal-Gvern Laburista.
Iż-żagħżugħ Joseph Magri rringrazzja lill-Partit Nazzjonalista tal-opportunità li qed joffri liż-żgħażagħ u ħeġġeġ lil ħaddieħor sabiex jingħaqad f’din il-missjoni.
Lydon Camilleri faħħar il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u saħaq li ż-żgħażagħ lesti sabiex jistinkaw.
Courtney Farrugia sostniet li mhux vera li ż-żgħażagħ u l-politika ma jmorrux flimkien u grazzi għal PN hi hija xhieda ta’ dan.
Eve Borg Bonello saħqet li ż-żgħażagħ li forsi kienu jibżgħu isemmgħu leħinhom issa jistgħu jrabbu kuraġġ u jagħmlu pass ‘il quddiem.
Francine Farrugia tenniet bħal ta qabilha li l-Partit Nazzjonalista qed jinvesti l-enerġija fiż-żgħażagħ b’ħidma bla heda.
Finalment Gabriel Micallef saħaq li huwa hass sens ta’ dover sabiex bħala zagħzugħ jinvolvi ruħu fil-politika.
Fl-aħħar jum tal-Kunsill Ġenerali li jilħaq il-qofol tiegħu l-Ħadd, mistenni d-diskors tal-ewwel President ta’ Team Start Thomas de Martino.
//= $special ?>