Lokali

Jingħalaq parti mill-ajruport Malti kawża ta’ drone

Uffiċjali tal-Pulizija u membri mill-Forzi Armati ta’ Malta ġew msejħa fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bi tfittxija għal xi persuna jew persuni wara li ntlemaħ drone fiz-zona, fid-direzzjoni ta’ Birżebbuġa

Il-każ seħħ għall-abtha tal-11.25 ta’ filgħodu hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li drone li kien qed jittajjar fiz-zona tal-ajruport tellef bdot waqt inżul ta’ titjira.

Kienu l-Kontrolluri tal-Ajru li ħadu deċiżjoni sabiex tingħalaq temporanjament korsija tal-mitjar.

Għaldaqstant għal madwar nofsiegħa l-ajruplani bdew jitilgħu u jinżlu minn fuq il-lokalità tal-Imqabba bil-għan li  jevitaw id-direzzjoni opposta.

Filwaqt li l-ebda titjira ma ġiet ikkanċellata – il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet