Futbol Sport

Laporte jikkommetti ruħu ma’ Manchester City

Aymeric Laporte sar l-aktar plejer li sewa flus fl-istorja ta' Manchester City (Ritratt: Sky Sports)

Aymeric Laporte ffirma kuntratt ta’ sentejn oħra fuq il-kuntratt attwali tiegħu ma’ Manchester City. Id-difensur, li ngħaqad ma’ City għal €65 miljun f’Jannar tal- 2018, issa kkommetta l-futur tiegħu fl-Etihad Stadium sal-2025.

Il-player ta’ 24 sena mpressjona ħafna dan l-istaġun biex sar pedament importanti għas-Citizens li qed jikkompettu biex jirbħu l-erba’ unuri għad-dispożizzjoni. Laporte tela’ mis-sistema taż-żgħażagħ ta’ Atletic Bilbao u kien hemm diversi tims li rieduh magħhom fl-isfera Ewropea. Madankollu kien l-ewwel segwit minn Manchester City, fl-2016. Huwa rrifjuta li jingħaqad magħhom hekk kif piprefera jkompli jiżviluppa fi Spanja. Iżda eventwalment iffirma fil-bidu tal-istaġun li għadda. Id-direttur tal-football, Txiki Begiristain qal: “Aymeric huwa talent kbir u l-fatt li kkommetta l-aħjar snin tiegħu magħna hija xi ħaġa li għandna niċċelebraw.”