L-organizzaturi tal-Maratona ta’ Malta li kellha ssir matul il-ġurnata ta’ għada mill-Imdina sa tas-Sliema tħassret kawża tal-previżjonijiet ħżiena tat-temp għas-sigħat li ġejjin.
Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tal-ħin ilu hekk kif l-organizzaturi sejħu laqgħa wara l-maltemp ta’ matul il-ġurnata u r-riħ li qed iżid il-qawwa tiegħu.
Dan ifisser li l-avviżi kollha li ħarġu mill-Pulizija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ parkeġġ u għeluq ta’ toroq għal-lejla u l-ġurnata ta’ għada issa m’għadhomx jgħoddu.
//= $special ?>