Futbol Sport

Arsenal momentarjament fir-raba’ post tal-Premier League

(Ritratt: EPA)

Arsenal ħadu vantaġġ mid-draw ta’ Manchester United, b’rebħa ta’ 2-0 fl-Emirates Stadium fuq Southampton. Ir-rebħa għat-tim ta’ Unai Emery waslet b’żewġ gowls kmieni fil-logħba u jinsabu punt fuq ir-Red Devils u tlieta fuq Chelsea b’logħba aktar.

Huma fetħu l-iskor wara sitt minuti b’xutt ta’ Henrikh Mkhitaryan jaħbat ma’ Alexandre Lacazette u spiċċa fix-xibka wara kross mix-xellug. Arsenal irduppjaw fis-17-il minuta bi kross ta’ Alex Iwobi li kien imxellef u spiċċa fid-direzzjoni ta’ Henrikh Mkhitaryan li ltaqa’ mal-ballun u skorja b’xutt fil-baxx minn pożizzjoni tajba.