Internazzjonali

Bangladesh: Jinqatel mill-qawwiet speċjali wara li pprova jaħtaf ajruplan

Il-qawwiet speċjali ta’ Bangladesh qatlu passiġġier suspettat b’li kien qed jipprova jaħtaf kontroll ta’ titjira minn dan il-pajjiż lejn id-Dubaj.

Is-suspettat, li hedded diversi drabi li kien ‘armat b’pistola’, spiċċa maqtul ladarba l-qawwiet assedjaw l-ajruplan tal-Biman Bangladesh Airlines, ftit wara li dan għamel inżul ta’ emerġenza f’Chittagong.

Il-148 passiġġiera l-oħra u l-membri tal-ekwipaġġ ma ġralhom xejn fl-inċident u, wara, niżlu qawwijin u sħaħ mill-ajruplan.

Ma kenitx magħrufa r-raġuni għalfejn il-passiġġier partikulari, li kien ġej minn Bangladesh, ried jaħtaf l-ajruplan — bl-awtoritajiet, wara, jiżvelaw li l-qawwiet tagħhom kienu ‘elevaw arma tan-nar’ mill-katavru tas-suspettat.