Il-mewġ qawwi li qed jaħkem iż-żona ta’ San Pawl il-Baħar saħansitra wassal għal xena mhux tas-soltu.
Dan hekk kif ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali mill-inħawi tax-Xemxija juru ħut li ttella’ ħaj mill-mewġ u spiċċa f’nofs ta’ triq. Ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali juru kif xi persuni diġà marru jaqbdu l-ħut, fosthom denċi u spnott li aktarx ħarab mill-fish farms.
Fost dawn, Wallace Galea, li llejla hu u familtu żgur li se jgawdu minn ikla friska.
L-inħawi ta’ fejn ittieħed dan ir-ritratt huma magħrufa għall-baħar qawwi li jaħkimhom, tant li mhux l-ewwel darba li kienu rrappurtati ħsarat konsiderevoli fuq bċejjeċ tal-baħar u saħansitra anke l-infrastruttura taż-żona.
https://www.facebook.com/cutajar.simon/posts/10156376390293732
//= $special ?>