L-Avukat Ian Micallef, li għal xi żmien serva wkoll bħala l-President tal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali u anke bħala Kunsillier Lokali għall-Partit Nazzjonalista fil-Gżira, kien illiberat minn kull akkuża li kien fost għadd ta’ persuni li ffrodaw lill-Kummissjoni Ewropea f’xiri ta’ biljetti tal-ajru. L-akkużi bdew wara li fl-2010, istituzzjoni Ewropea innutat ix-xiri f’salt ta’ ammont kbir ta’ biljetti tal-ajru u li wara saret talba għar-rimbors tagħhom. Dan hekk kif kien innutat li dawn kienu mixtrija kollha mill-istess aġenzija tal-ivvjaġġar.
Iżda l-Qorti, immexxija mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ma sabitux ħati ta’ dan kollu, anzi lliberatu minn kull akkuża.
//= $special ?>