Daqqa ta’ ħarta oħra għall-biedja u l-agrikulturà madwar Malta, hekk kif diversi bdiewa sabu l-impjanti tagħhom imfarrka waqt li l-prodotti tagħhom taru mar-riħ.
Fuq il-midja soċjali spikkaw il-kummenti ta’ bdiewa mbikkma li xhur ta’ xogħol u ħidma sfaxxaw fix-xejn, waqt li oħrajn raw is-serer tagħhom tfarrku.
Bil-maltemp li għadu għaddej mhux ħażin, u mistenni jippersisti fis-sigħat li ġejjin, l-ewwel stimi tal-bdiewa diġà juru li l-ħsara tlaħħaq mijiet ta’ eluf ta’ ewro, b’uħud minnhom li tilfu dak kollu li kellhom.