Għawdex Lokali

Il-Karnival Organizzat fin-Nadur pospost għall-Ħamis

Il-karnival spontanju tan-Nadur - Mill-Arkivji

Il-Karnival Organizzat fin-Nadur li kellu jibda llum tħassar minħabba l-maltemp qawwi li qed jaħkem il-Gżejjer Maltin. Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali tan-Nadur ħabbar li l-Karnival Organizzat ġie pospost għall-Ħamis li ġej, 28 ta’ Frar, fil-Pjazza ewlenija mill-5p.m. ‘il quddiem.

Il-Kunsill qal li l-parteċipanti fehmu s-sitwazzjoni u kollha kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom għall-Ħamis li ġej.

Il-Karnival Organizzat għal darb’oħra jservi bħala preludju tal-Karnival Spontanju li jibda l-għada l-Ġimgħa.