Lokali

Is-sessjoni tal-lum tal-Kunsill Ġenerali posposta minħabba l-maltemp

Adrian Delia fuq NET FM fil-11am

Il-maltemp qawwi li fl-aħħar sigħat ħakem il-gżejjer Maltin wassal biex l-aħħar sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li kellha ssir dalgħodu, kienet posposta għall-Erbgħa li ġej filgħaxija.

Il-Partit Nazzjonalista wasal għal din id-deċiżjoni wara li segwa t-twissijiet li ħarġu dwar perikli fit-toroq.

Is-sessjoni tal-lum kienet mistennija għax kienet se tingħalaq mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Hu kien se jibbaża l-intervent tiegħu, wara l-interventi ta’ għexieren ta’ Kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, kif ukoll Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali, fuq l-impenn tal-Partit Nazzjonalista biex ikompli jaħdem għall-ġid tal-pajjiż.