Clayton Mc Kay, iż-żagħżugħ ta’ 25 sena minn Ħal Qormi, tressaq b’urġenza l-Qorti dalgħodu akkużat b’pussess ta’ droga.
Hu instab li kellu 163 gramma eroina u 91 gramma kokajina wara rejd li sar mill-Pulizija f’Ħal Qormi din il-ġimgħa stess.
Il-Maġistrat Gabriella Vella ċaħdet t-talba għal ħelsien mill-arrest.
Għall-akkużat dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Anthony Scerri.
Wara l-arresti tal-Ġimgħa f’Ħal Qormi saru tfittxijiet intensivi fir-residenza tal-akkużat, b’numru ta’ Pulizija baqgħu jiċċirkondaw l-inħawi u Pulizija ieħor fuq il-bejt, jissorveljaw iil-post. Ir-rejd sar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u l-Ispecial Intervention Unit.
//= $special ?>