Minn Tas-Sliema sa Wied il-Għajn. Minn San Pawl il-Baħar sal-Belt Valletta. It-temp qalil li kellna matul il-lejl li għadda kullimkien ħalla l-marka tiegħu – siġar imqaċċtin, għargħar, ħitan li waqgħu, u numru ta’ inċidenti fejn kellhom jissejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Fost l-aktar li sofrew mir-riħ qawwi li laqat il-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat kien hemm id-dilettanti tal-Karnival, li hu programmat li jsir fi tmiem il-ġimgħa li ġejja.
Stqarrija mill-Kunsill Lokali tan-Nadur
Illum it-temp ma kien ħanin xejn u ma ħafirilniex mill-qilla tiegħu. Madanakollu, l-Kunsill Lokali tan-
Nadur ħaseb biex wieħed mill-aħjar Karnival Organizzat fil-Gżejjer Maltin isir xorta waħda din is-sena
wkoll. Filwaqt li t-temp wera snienu u sabbat saqajh biex il-Karnival Organizzat jitħassar minn kif
pjanat illum il-Ħadd 24 ta’ Frar, il-Kunsill Lokali Lokali tan-Nadur wera l-għaqal u d-determinazzjoni
tiegħu billi qed jipposponi l-Karnival Organizzat għal nhar il-Ħamis 28 ta’ Frar mill-5pm ’il quddiem fil-
Pjazza ewlenija tan-Nadur stess.
Bi pjaċir il-Kunsill Lokali jinnota li filwaqt li l-parteċipanti fehmu s-sitwazzjoni, fl-istess waqt l-istess parteċipanti kkonfermaw kollha s-sehem tagħhom għal nhar il-Ħamis li ġej. Dan għandu jkun okkażjoni oħra ta’ Karnival Organizzat fin-Nadur u fl-istess ħin il-preludju tal-Karnival Spontanju li jibda l-għada l-Ġimgħa. Naturalment xi sorpriża ma tonqosx ukoll.
//= $special ?>