Tfajla ta’ 14-il sena tinsab l-Isptar issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10.10p.m fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Mill-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li t-tfajla ta’ 14-il sena residenti s-Swieqi sfat milquta minn vettura tat-tip Citroen C2 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Pembroke.
It-tifla ttieħdet l-Ispter Mater Dei permezz ta’ ambulanza filwaqt li kienet assistita minn tim mediku sabiex tingħata l-kura meħtieġa fejn iktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>