Il-Kunsill Lokali tal-Mosta qed jagħmel dak kollu li jista’ biex joffri l-aqwa servizz lir-residenti, u biex jibqa’ qrib in-nies. Il-Gvern iżda, mhux jindirizza l-isfidi li għandha din il-lokalità.
Dwar dan tkellem il-Kap tal-PN Adrian Delia meta t-Tnejn filgħodu żar il-Mosta – waħda minn sensiela ta’ żjarat li qed jagħmel Adrian Delia f’lokalitajiet varji f’Malta u Għawdex.
Il-Kap tal-PN semma diversi eżempji fejn il-Gvern litteralment nesa lill-Mostin, u għalhekk kien kruċjali l-intervent f’waqqtu tal-Kunsill Lokali immexxi b’maġġoranza nazzjonalista.
Sfida oħra hi dik relatata mat-trasport pubbliku, fejn il-Gvern mhu jagħmel xejn biex jindirizzaha.
Waqt din iz-zjara, Adrian Delia tkellem mal-bejjiegħa tal-monti illi esprimew l-inkwiet tagħhom li l-bejgħ qed jonqos drastikament. Dan filwaqt li l-monti qiegħed jispiċċa ftit ftit.
Il-Kap tal-PN appella biex iktar kunsilli lokali jieħdu ħsieb lir-residenti tagħhom bl-aħjar mod u jindirizzaw il-problemi li jaffaċjaw ta’ kuljum.
Matul iż-żjara tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Sindku tal-Mosta Keith Cassar, u l-kunsillieri, mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Aguis, mill-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono, deputati u kandidati tad-distrett, u kandidati għall-elezzjoni tal-kunsill lokali.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>