Ekonomija Lokali

Għal darb’oħra, Edward Scicluna kompletament fil-muta

Fid-dawl tad-dikjarazzjoni iebsa min-naħa taċ-Chairman tal-FIMBank, John C. Grech, fejn sostna li ċerti affarijiet li ġraw dan l-aħħar f’Malta tappnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fis-settur finanzjarju, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna assulutament ma riedx jikkummenta.

Mistoqsi minn Net News għar-reazzjoni tiegħu, Scicluna ma ried jgħid xejn.

Huwa ċar li Edward Scicluna ma jinteressahx minn dak li qed jgħidu l-esperti fis-settur bankarju – dikjarazzjonijiet ta’ tħassib li waslu anke mil-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Andrew Beane.

F’intervista mal-gazzetta ‘il-Mument’ John C. Grech qal li ….pajjiż li jkollu reputazzjoni ħażina issirlu ħafna ħsara, u l-unika soluzzjoni tkun li kulħadd jerfa’ r-responsabbilta u jġib l-interess tas-settur qabel kull ħaġa oħra.

Intant, waqt attività oħra li saret it-Tnejn… l-istess Ministru qal li l-iskandlu tal-Panama Papers kien sar parti mill-istorja. Izda ftit wara, mat-Times il-Ministru qal li mhux veru lissen dawn il-kliem….meta fil-verità, xandru ir-recording illi jikxfu.

Għalhekk…morna nsaqsu lil Edward Scicluna jekk hux lest jiskuza ruħu li gideb, iżda baqa’ jsostnin li ma kienx qal hekk.

Din hi konferma fejn Ministru tal-Gvern inqabad jigdeb fuq skandlu li fl-aħħar mill-aħħar kien parti mill-ħsara li qed issir lill-pajjiżna…u li tappan ir-reputazzjoni ta’ Malta.