Internazzjonali

Jeremy Corbyn jipproponi t-tieni referendum

Il-Partit Laburista Brittaniku qed jipproponi t-tieni referendum dwar Brexit. Dan ħabbru Jeremy Corbyn fi stqarrija uffiċjali tal-partit hekk kif qed jinsistu fuq it-tieni referendum sabiex jinstema’ x’realment irid il-poplu Brittaniku.

Dan bil-għan li n-‘no-deal’ ma jiġix ikkunsidrat.

Jeremy Corbyn mistenni jgħid lil-membri parlamentari tiegħu sabiex jinsistu dwar referendum ieħor hekk kif il-Prim Ministru Theresa May tinsab taħt pressjoni enormi sabiex tittardja d-data tad-29 ta’ Marzu, fejn Brexit għandha tidħol fis-seħħ.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Brexit, Keir Starmer saħaq li l-Oppożizzjoni ser iżżomm kelmtha.

Ikkummenta