Bosta persuni kmieni dalgħodu komplew jisfidaw il-mewġ u r-riħ qawwi li qed jaħkem il-kosta ta’ pajjiżna sabiex jittantaw xortihom jaqbdu xi ħuta – xena li qed tkun komuni fil-bajja tax-Xemxija.
Net News dalgħodu reġa’ osserva numru ta’ individwi li, armati sa snienhom, niżlu fil-baħar biex itellgħu l-ħut li qed jitkaxkar mill-mewġ qawwi. Kien hemm ħafna li kienu fortunati u spiċċaw imlew bramel sħaħ bil-ħut, filwaqt li oħrajn baqgħu bil-kopp vojt.
Ilbieraħ, raġel spiċċa tkaxkar mill-baħar waqt li mar jittanta xortih għall-ħut.
Oħrajn dehru jiġru fit-triq biex jaqbdu l-ħut li beda jittella’ fuq it-tarmac, hekk kif it-triq spiċċat mgħarqa.
//= $special ?>