Il-Gvern, l-Oppożizzjoni u s-Sedja, sellmet żewġ ġganti Maltin, il-politikant Lino Gauci Borda u lill-ex Prim Imħallef Giuseppe Mifsud Bonnici. L-ewwel kondoljanzi saru fuq Lino Gauci Borda li miet fit-13 ta’ Frar li għadda.
L-Ewwel Kelliem kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li qal li Gauci Borda kien daħal fil-Parlament fl-24 ta’ Frar, 1977. Fearne qal li Gauci Borda kellu żewġ professjonijiet, tabib li kienu ilu jippratrika fl-1961 u politiku.
Qal li kien iħobb ħafna lil Fleur de-Lys u li kiteb fuljett fuq li storja ta’ din il-lokalita’. Tenna li kien jagħti l-kura mill-qalb. Dwar il-politika qal li huwa dam fil-Parlament mill-1976 udam iservi sal-1994 u wara rtira mill-ħajja pubblika.
Matul iż-żmien serva kemm fl-Oppożizzjoni kif ukoll fil-Gvern. Maż-żewġ professjonijiet tiegħu, kien passjonat ukoll mal-karozzi anitki u dam President ta’ din l-assoċjazzjoni għal 16-il sena u strumentali biex isibilhom il-‘premises’ fil-Mosta, Fearne qal li Gauci Borda kien literallment bniedem ġentlom u ma jirrifjuta lil ħadd kien ta liema kulur ikun
Wara tkellem dwaru l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, li qal li qalbu kien taz-zokkor, dejjem lest li jgħin lil dak li jkun, kien jinkwieta għan-nies li ma jafhomx. “tgħid ngħidlu x’għandu” għal xi ħadd li jkun marid sew, kien jgħid ukoll li kieku kellu jerġa jitwieled tabib jerġa jsir.
David Agius qal li qatt ma għamel deni lil ħadd, kliem bintu Annabelle, u tenna li dan il-kliem biżżejjed kien biex jiddeskrivi lil Gauci Borda, li kien il-politiku tan-nies. Meta kiteb l-ex Viċi Prim Ministru Tonio Borg fuqu, “Grazzi Lin, li se jibqa’ mudell ta’ kif wiegħed dejjem, b peservenza u l-poplu jaf li kien politiku tajjeb. Fl-Omelija Dun Karm Busuttil, qal li kien bniedem ta’ servizz fil-professjoni u fil-politika.
David Agius silet parti mill-ewwel disrkors tiegħu fl- 24 ta’ Frar, 1977, fejn tenna li dan anke għal lum jgħodd, hemm bżonn nuru li għal ġid tal-pajjiż jekk le se jibqa’ maqsum kif kien il-pajjiż żgur li ma jistax jimxi flimkien, dejjem ħadem fl-Assoċjazzjoni tal-Commonwealth, post il-ġdid Mosta. Kien iħobb il-futbol ma kienx jitlef logħba tal-Manchester United.
F’dawn il-Kondoljanzi, is-sedja ngħaqdet, bl-ispeaker jgħid li huwa kien iltaqa’ miegħu ftit ilu meta kien rikoverat li sptar. Sejjaħlu bħala persuna paċifika. Qal li anke l-ewwel diskors qasir, wera kemm dejjem kellu tolleranza, dejjem moħħu biex jgħid kemm hemm bżonn li poplu nuruh l-għaqda, bl-ebda distinzjoni bejn Mintoffjani u Nazzjonalisti. S
Wara l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li fil-21 ta’ Frar li għadda rajna t-telfa ta’ Guispee Mifsud Bonnici, Professur li kulħadd kien jafu bħala ĠOĠO .
Qal li huwa għallem prattikament lill-avukati kollha li qed jipprattikaw illum, kien jgħallem il-filsofija tad-dritt, li tisħaq u tempfasiza fuq raġonevolezza, li hija virtu. Kien l-Ewwel Imħallef u wara Prim Imħallef u kien magħruf għall-effiċjenza tiegħu fil-kawżi.
Kif spiċċa minn ġudikant għamel xi ħaġa tajba fejn jipprova jippopolariżża l-ġustizzja, u kien imur fuq it-televiżjoni jfiehem il-liġi. Huwa ġej ukoll minn familja ta’ politikanti u xorta kien ġudikant ġust. Apparti li kien champion taċ-“chess” fl-1955, kien ukoll President tal-Malta Football Association għal snin twal.
Delia ingħaqad mal-Gvern għal memorja ta’ Mifsud Bonnici. Fakkar li kien wkoll il-President tal-Casino Maltese u d-delegtat tal-MFA f’isem St. George’s. Kien membru tal-UEFA u serva fuq il-World Cup Appeals Bord,
Ftakar fl-ewwel lecture Universita’ antika l-Belt. Kien iħobb ħafna l-valuri u jispjega b’ mod li wieħed jibda jixtrarr sew x’kien qal. Avventimnti bħa Sant Ivo jidħol f’argumenti, dan li ġgant tad-dritt Malti li ta kontribut għal futbol u l-ġudikaturia.
Finalment id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, li jiġi n-neputi tal-ex Prim Imħallef, irringrazzja lill kamra fuq dak li qalu fuq zijuh.


