Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Frar, ser jagħmel il-wasla tiegħu f’Malta San Ġwanni Pawlu II – l-aktar katamaran veloċi fid-dinja. Dan ħabbritu l-kumpanija Virtu Ferries hekk kif għamel it-tluq tiegħu mill-Awstralja lejn il-gżejjer Maltin.
Il-katamaran ser ikun qed jopera bejn Malta u Sqallija minn Marzu fejn ser iġorr fuqu mad-900 passiġġier u ftit inqas minn 170 vettura. Madanakollu, Virtu Ferries preċiżaw li abbord hemm aktar minn 1,100 siġġu abbord sabiex kulħadd ikollu fejn ipoġġi.
Filwaqt li dan huwa t-tieni l-akbar fid-dinja tat-tip tiegħu, il-veloċita tiegħu tlaħħaq is-70 kilometru fis-siegħa.
//= $special ?>