Lokali

L-operat tal-BOV kważi jinsab lura għan-normal

Il-BOV permezz ta’ stqarrija qal li s-servizzi ta’ ħlas minn terzi persuni barra miz-zona Ewro jinsabu miftuħa. Dan is-servizz huwa miftuħ kemm mill-bankijiet tal-BOV f’Malta u kif ukoll l-Internet Banking.

L-operat tal-bank kważi jinsab lura għan-normal, bil-bank qed jagħmel ħiltu biex jipproċessa x-xogħol, li minħabba dan l-inċident ma setax iseħħ.

Il-Bank mill-ġdid elenka fuq dan l-inċident ta’ hacking għaddejha inkejsta maġisterjali u l-bank mhux qiegħed f’posizzjoni li jagħti xi informazzjoni b’rabta mal-investigazzjoni konċernata.