One News kellhom jirrapurtaw dak li fil-verita’ qal id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar wara li ħadu spunt minn kumment li għadda fejn deher li huwa b’xi mod attakka lill-aġenziji tal-kreditu.
Cutajar kien irraporta l-każ lill-Ispeaker fejn kien tenna li kien ġie kkwotat ħażin mill-istazzjon tal-Partit Laburista. Id-deputat Nazzjonalista Cutajar ċaħad li f’diskors li għamel fil-Parlament attakka ta’ min faħħar lil Malta, fosthom lill-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu, li fl-aħħat snin tejjbu l-klasifikazzjoni ta’ Malta.
F’ruling mitlub mill-Ispeaker Anġlu Farrugia dwar dak li kien rappurtat minn one.com.mt, Cutajar ċaħad b’mod kategoriku dak li ġie rappurtat, fejn qal li dan kien ħa biċċa minn sentenza sħiħa mid-diskors tiegħu.
F’ittra mibgħuta lil One News, l-uffiċċju tal-Ispeaker talab lill-istazzjon biex jippubblika kjarifika dwar id-diskors ta’ Cutajar. Id-deputat Nazzjonalista qal- “Illum tajjeb nibqgħu nfakkru li ma jiswa’ xejn, in-nies hemm barra li jkunu qegħdin jistennew bħar-ruħ fil-Purgatorju l-Pensjoni sal-aħħar tax-xahar ma jiswa xejn il-kliem sabiħ li niġu nitkellmu hawnekk min-naħa tal-Gvern u ngħidu li kollox ward u żahar f’pajjiżna għax għandna ekonomija b’saħħitha, għax il-kredit ratings il-bieraħ reġgħu tawna l-A u l-A+ ma jiswa xejn.
“Inkunu qed nidħku bin-nies jekk nibqgħu nitkellmu b’dan il-mod. Maħseb li għandna nkunu reali, kredibbli f’dak li ngħidu.”Qal Cutajar u li ġie pubblikat fl-intjier tiegħu mill-media tal-Partit Labursta.
//= $special ?>