Roger Federer beda t-tentattiv li jipprova jirbaħ il-100 titlu ATP b’rebħa missielta ta’ 6-4, 3-6, 6-1 fuq Philipp Kohlschreiber fl-ewwel rawnd tal-kampjonat f’Dubai. Hu kien qed jikkompeti għall-ewwel darba minn meta tilef fir-raba’ rawnd tal-Open tal-Awstralja kontra Stefanos Tsitsipas ix-xahar li għadda.
L-għoxrin darba rebbieħ ta’ Grand Slam rebaħ id-99 titlu fil-karriera tiegħu minn meta rebaħ it-tournament f’Basel f’Ottubru li għadda. Fir-rawnd li jmiss, hu jilgħab kontra Fernando Verdasco wara li s-sid numru 32 fid-dinja rebaħ lit-Taljan Thomas Fabbiano 3-6, 6-3, 6-2.
L-Iżvizzeru qatt ma tilef kontra Verdasco fis-sitt konfronti kontra xulxin u l-aħħar darba li rebaħlu f’Dubai kien erba’ snin ilu. Il-mixja ta’ Federer lejn il-100 titlu ATP saret ftit aktar faċli hekk kif Mlos Raonic u Karen Khachanov li jinsabu fl-istess nofs tal-polza, kienu eliminati.
//= $special ?>