Fi Pjazza San Nikola fis-Siġġiewi, għaddej restawr tal-Kappella tal-Qtugħ ta’ Ras ta’ San Ġwann.
Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi b’koperazzjoni mal-Parroċċa San Nikola kienu applikaw għall-skema ta’ restawr maħruġa mid-Direttorat tar-Restawr. L-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kienet ġiet milqugħa u minnufih l-Kunsill Lokali applika mbagħad għall-permess mal-Awtorità tal-Ippjannar, biex setgħu jibdew x-xogħolijiet mill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Owen Bonnici, is-Sindku tas-Siġġiewi fakkret ukoll li l-Kunsill Lokali kien appoġġja talba tal-Kurja f’Awwissu 2017 lill-Gvern, biex isir investiment u tiġi salvata ż-żona tas-Salib tal-Għolja.
Alessia Psaila Zammit spjegatilna li fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali sar rapport minn espert fuq din iż-żona sabiex jigwida investigazzjonijiet ġeoloġiċi li jridu jsiru fuq s-sit u jagħti gwida dwar xogħolijiet meħtieġa għall-futur liz-zona. Ir-rapport qed isir b’ħidma konġunta tal-Kunsill Lokali u l-Kurja.
Waqt l-konferenza tal-aħbarijiet, is-Sindku tkellmet ukoll dwar pjani li l-Kunsill Lokali diġa’ beda jiddiskuti mar-residenti u awtoritajiet, għall-immaniġġjar aħjar ta’ traffiku fi Pjazza San Nikola – kif ukoll konsultazzjoni dwar it-tisbiħ ta’ Pjazza San Nikola.
Fi tmiem l-konferenza hi preżentat ktieb dwar is-Siġġiewi lill-Ministru u l-media… li kien sar b-inizjattiva tal-Kunsill Lokali fl-2015.
//= $special ?>
