Lokali

AĠĠORNATA: Rapport ta’ sparatura lejn dar f’Santa Luċija

Minn informazzjoni li waslitilna tard bil-lejl, numru ta’ Pulizija issejħu f’Santa Luċija wara rapport li kien hemm sparatura.

Kien għall-ħabta tal-10pm meta ħames units tal-RIU marru fil-post biex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom.

Fil-fatt wieħed seta’ jinnota ammont konsiderevoli ta’ uffiċjali tal-Pulizija fi Triq il-Prinjoli, b’uħud minnhom iwettqu tfittxija fit-triq bl-użu ta’ torches u oħrajn dehru jagħmlu domandi lil residenti fl-istess triq.

Minn informazzjoni li ksibna, jidher li seħħet sparatura fuq residenza fejn ġew sparati tir jew tiri minn persuna mhux magħrufa, u li ħarbet minn fuq il-post.

Ikkuntattjati minn Net News, il-Pulizija qalulna li ma saru l-ebda arresti b’konnessjoni mal-każ u li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.