Knisja Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Fr. Noel Vella

Deskritt mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi bħala saċerdot umli

Ingħatat l-aħħar tislima lil Fr. Noel Vella ġewwa l-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir, Tas-Sliema.

Huwa miet fl-età ta’ 60 sena fl-14 ta’ Frar li għadda fl-isptar San Raffaele f’Milan fejn kien qed jirċievi l-kura.

Ft. Noel Vella ġie deskritt mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi bħala saċerdot twajjeb u umli.  L-Isqof sostna li Fr Noel iddedika ħajtu lil Alla u kien xhieda tal-Evanġelju.