Lokali Qorti Saħħa

Uffiċjal tal-Gvern talbu €500 waqt li kien qed ifittex post tal-housing

Raġel mill-Birgu tressaq il-Qorti akkużat li talab €500 sabiex isolvi problema għal raġel li kien qed jitlob post tal-housing. Il-każ seħħ f’Awwissu 2017 bl-akkużat, Carmel Spiteri, iwieġeb mhux ħati.

Fil-Qorti, sar magħruf li anke l-Ministru Chris Fearne kien jaf b’dan il-każ. Il-klijent fil-fatt allegatament qal lill-istess Ministru li Spiteri kien talbu €500 sabiex isolvilu l-problema. Ir-raġel qed jallega wkoll illi għandu recordings tat-talba li saritlu għall-flus.

L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jidhru għall-akkużat.

Il-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Simone Grech.