Il-midfielder Abou Diaby ħabbar li rtira mill-futbol professjonali fl-età ta’ 32 sena. L-eks internazzjonali Franċiż ilu ma jilgħab logħba kompetittiva mill-2016, f’karriera ddominata mill-injuries.
F’intervista ma’ RMC Sport, Diaby qal li għal numru ta’ snin kif diffiċli għalih biex jirritorna minħabba problemi fiżiċi. “Iddeċidejt li nieqaf sempliċiment għaliex ġismi ma kienx qed isegwi lili. Hi diffiċli għaliex għamilt ħafna ħin minn ħajti fil-futbol. Hu kapitlu magħluq u hemm ieħor li jinftetaħ,” qal Diaby. Hu kompla li ta lilu nnifsu sena u spiċċa biex kien aktar ikkomplikati milli ħaseb u kien wasal f’punt li kienet ta’ fastidju għalih ta’ kuljum.
L-aħjar mumenti fil-karriera ta’ Diaby kienu ma’ Arsenal taħt Arsene Wenger. Hu lagħab mal-Gunners għal disa’ snin b’total ta’ 180 logħba u disa’ gowls. Wara li fl-aħħar żewġ staġuni lagħab biss darbtejn, Diaby iffirma ma’ Olympique Marseille iżda lagħab biss sitt logħbiet f’żewġ staġuni qabel inħall mill-kuntratt fl-2017.
//= $special ?>