Lokali Parlament

Aktar minn €53,000 jintefqu f’reklamar mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Ilma

Fis-sena 2018 il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma nefaq is-somma ta’ €53,360.74c f’reklamar fuq it-televiżjoni. Dan ħareġ minn risposta li ta l-Ministru Joe Mizzi, responsabbli għal dan is-settur fuq mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Il-Ministru Mizzi qal li l-flus intefqu b’dan il-mod. €21,685.43c. minn naħa tal-Enemed, €15, 520.31c. minn naħa tad-DCS, €13,930 minn tar-REWS, €7,225 mill-WSC u €5,215 intefqu minn naħa tal-ARMS.