Il-Perit Toni Bezzina qal li wieħed irid jagħti serħan il-moħħ li l-bdiewa żgħażagħ ma jitilqux u alla ħares pajjiżna jispiċċa ta’ bilfors jimporta kollox minn barra. L-Avviż Legali tal-Gvern huwa miftuħ għall ispekulazzjoni u appella lill-Gvern biex ma jagħmilx bis-settur agrikolu ballun politika. Irridu li jkollna l-aħjar emendi għal bdiewa tagħna, temm jgħid il-kelliem.
Huwa qal dan meta kien qed jitkellem fuq il-mozzjoni li ppreżenta fil-Parlament il-Partit Nazzjonalista mmirat biex jgħin lill-bdiewa u dan peress li skont l-Oppożizzjoni l-Avviż Legali fuq il-qbiela, se jimmina d-drittijiet tal-bdiewa, anzi l-Avviż se jkompli jaqtalhom qalbhom.
Fil-bidu tad-diskors tiegħu d-deputat Nazzjonalista were s-solidarjeta’ tiegħu mal-bdiewa li sofrew ħsara b’mod speċjali fl-istrutturi tagħhom minħabba l-maltemp li laqat lill-Gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat. Ħafna bdiewa nvestew u li ħafna minnu, dan inġarr mill-elementi. Qal li għalhekk il-pajjiż għandu jaħseb biex imbagħad il-Gvern jgħin, għax l-ebda “insurance” ma tagħti soluzzjoni, iżda bl-għajnuna tal-Gvern ikun hemm “insurance” li tista’ tgħin. Qed ibatu wisq il-bdiewa, qal il-kelliem.
Dwar l-art tal-Gvern, li hi propjeta’ tal-Gvern li tingħata qbiela lill-bdiewa. Qal li kien għamel madwar erba’ snin jitkellem fuq dan is-settur meta kien il-Kelliem Ewlieni għall-Oppożizzjoni fuq dan is-settur. Kemm il-darba appella għal għajnuna u qal li dak li daħħal il-PN fil-programm elettorali, tħajjar il-PL ukoll u għamel bħalu, imma meta ġie għall-Avviż Legali m’għamel xejn. Aħna qed nippropona li membri stess tal-istess familja, l-art tkun tista’ tingħata lilhom.
Ikun hemm każ ta’ bidwi ġuvni u wasal għal eta’ tal-irtirar, kiber fiż-żmien, għanu neputi li jgħinu u dan ma jistax jitrasferixxi r-raba’ lin-neputi li jkun għenu. Dan wara li jkun nefaq ħafna flus, u dan jispiċċa ma jonfoqx flus għal xejn, u dan tagħmel anke kuraġġ liż-żgħażagħ biex ikomplu f’dan is-settur.
//= $special ?>