Meta kienet qed titkellem dwar il-możżjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista fuq il-qbiela tal-Gvern fir-rigward tal-bdiewa, id-Deputata tal-Oppożizzjoni Marthese Portelli għamlet appell biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jpoġġu bil-qiegħda u jiftehmu fuq dan l-Avviz Legali għax it-tnejn iridu il-ġid ta’ dan is-settur. Il-Gvern ħareġ b’ideat tajba, imma lanqas m’għandu jiskarta l-ideat tajba tal-Oppożizzjoni.
Marthese Portelli qalet li diġa kellha l-opportunita’ li titkellem dwar dan l-Avviż Legali, li għandu jkun fl-interess ta’ kulħadd u jilħaq li skop tiegħu. Meta wieħed jannaliżża dwar dak kollu li ngħad, qalet li hemm “common ground”. Li skop tal-liġi hi li tgħin lil bidwi ġenwin u min jaħdem ir-raba in “buona fede”. Għax vera hawn ukoll min mhux ġenwin.
Illum hemm elf persuna reġistrati fil-pitkalija, 10,000 part-time “farmers” u xi 20,000 irregistrati mal-ajax. Mela jekk wieħed jitlaq minn dan il-punt, mela liġi li qed tgħin lil bidwi onest u biex jitkattar il-prodott agrikolu u biex il-kampanja tkun dik li u biex l-agrikoltura ma tmutx.
“Gvern u Oppożizzjoni nistgħu ntejjbu l-affarijiet għal bdiewa”. Saħqet li dan l-Avviż Legali jitkellem biss dwar art tal-Gvern. “Biex din il-liġi tkun ta’ suċċess u tilħaq li skop, irridu naqblu fuq x’inhu bidwi ġenwin. Huwa rrelavanti jekk hux part-time jew full-time. Hawn min qed juża’ l-wiċċ tar-raba tiegħu l-importanti. Wieħed jista’ jagħmel spezzjonijiet u ma jiddejjaqx il-bidwi ġenwin żgur li għandu skop li jgħid il-verita'”.
l-Avukat Portelli qalet li d-Direttorat mill-kumdita’ ta’ dahru jista’ permezz tat-teknoloġija, jista’ jkun jaf jekk il-wiċċ ta’ raba hux qed jinħadem. Dwar il-wirt fejn tidħol il-qbiela, wieħed mill-kelliema tal-Gvern, qal li d-definizzjoni tinkludi wkoll in-neputijiet, għax qal li liġi tgħid axxendenti u dixxendenti. Jekk minn naħa tal-Gvern taqbel li dawn jistgħu jidħlu sakemm huma bdiewa, allura għax din is-sitwazzjoni ma tinbidilx?, hija staqsiet.
“Anke qalb il-membri tal-Gvern donnu mhemmx qbil. Deputat qal lill-Oppożizzjonijiet, mela ma qrajtuhiex sew il-liġi għax in-neputajiet huma nklużi”. Il-punt l-ieħor huwa dwar l-istudju fl-agrikoltura, din tagħti perjodu ta’ ħames snin u prezz aktar preferenzjali, imma l-Oppożizzjoni tixtieq li żżid iż-żmien.
Kulħadd jaf li s-settur agrikolu ma jħallahx ħafna flus, u irid jixtri prodotti għolja u jitħallas wara ċertu żmien. Allura ejja nagħtuh perjodu itwal, biex forsi il-bdiewi ġdid jibda jaħdem ma ħaddieħor u wara jiftaħ għal rasu, u dak kien il-ħsieb tagħna, għax għandu spejjeż kbar il-bidwi.
Il-bidwi jrid dejjem ukoll jaħdem skont it-temp u n-natura, fuq dawn l-elementi jrid jiddependi. Dwar art li magħha hemm bini, għandhomx jingħataw qbila, donnu li ż-żewġ naħat qed jaqblu, t-tnejn għandhom l-istess skop biex ma jkunx hawn spekulazzjoni. Proposti li tressqu kontra li spekulazzjoni għadhom jiġu attwati u għalhekk għandna npoġġu bilqiegħda u naħdmu flimkien”. Finalment Portelli qalet ukoll li temmen bis-sħiħ, li dejjem għandu jkun hemm dritt tal-Appell min kull Awtorita’, nkluz għall-bdiewa.
//= $special ?>