Lokali Parlament

Irridu niffaċilitaw u mhux noħonqu t-trasferiment tal-qbiela lil bdiewa

L-Oppożizzjoni qed tressaq emendi għax il-Gvern minflok li ressaq emendi li jirregolaw lil bdiewa u minflok qed jiffaċilita’ t-trasferiment, l-Avviż Legali iżjed ħoloq regolamenti li jfixklu, meta seta’ jagħmel ferm aħjar. Regolamenti tal-Gvern, aktar fixkel lil bdiewa milli rranġa s-sitwazzjoni.

Edwin Vassallo bħala x-“Shadow Minister” tal-Partit Nazzjonalista f’isem il-Biedja ppreżenta mozzjoni dwar il-qbiela.  Huwa qal li peress li kien hemm wegħda li tkun faċilitata’ t-trasferiment fejn jidħlu qbiela tal-bdiewa, u dan b’mod speċjali bejn l-aħwa tal-kerrej.

Huwa qal dan fil-kuntest li pendenti hemm diversi talbiet li sa issa ma ġewx aċċetati biex isir dan.  Qal li huwa magħruf li jkun hemm ħażna u prodotti fejn jidħlu l-biedja u l-Gvern m’għandux jieħu luura art agrikola u din tingħata lil terzi.

Il-bdiewa jeħtieġu li jingħataw l-għajnuna, għandha tkun estiża għal dawn l-aħħar snin, b’rata preferenzjali għal kerha għal 10 snin. Vassallo ippreżenta diversi emendi biex il-bdiewa jkunu salvagwardjati. Il-Partit Nazzjonalista ippreżenta 16-il emenda għal liġi, li l-fulkru huwa tagħha li l-bdiewa jkomplu jgawdu l-art, u aktar minn hekk fost il-membri tal-familja.

Edwin Vassallo qal li flimkien il-Parlament irid jgħin lil bdiewa, għax f’ċertu ċirkostanzi aktar moħħu biex jieħu r-raba minn fuq il-bdiewa biex jagħtiha għall ispekulazzjoni, milli jiffaċilita’ l-affarijiet għal bdiewa. Minn fuq qal il-kelliem, il-Gvern waħħal fuq il-PN li jrid jieħu r-raba’ u jagħtiha lill-ispekulaturi, are kif jista’ jkun.

Il-kelliem qal li l-PN irid ineħħi t-tfixkil mill-liġi, issa jekk il-Gvern verament irid jagħmel l-affarijiet aktar faċli. Jekk il-Gvern iressaq emendi li jkompli jtejjbu biex itejjbu l-faċilita’ tat-trasferiment tar-raba ħieles minn kull tfixkil, lest li nivvutaw favur dan, imma jekk le, allura l-Oppożizzjoni se tibqa’ taqbeż għal bdiewa.

Bħala Oppożizzjoni rridu ninkludu lil ħut il-kerrej jew lin-neputijiet tiegħi. Għaliex le? Jekk irrid nibqa’ naħdem ir-raba tiegħi. Il-Gvern ma ħalliehx dan. Qal li artiklu tlieta kif ressaqha l-Gvern trid titneħħa għax il-Gvern qed iressaq leġislazzjoni li jekk xi ħadd għandu spazju ta’ aktar minn 40 metru kwadru ma tistax tgħaddiha lil xi ħadd. Qal li fil-manifest elettorali, tal-Partit Laburista qalu li dawk li għandhom irziezet tal-Gvern, wiegħed li se jagħti titlu legali aktar b’saħħtu. Issa ġew fil-Parlament u ħadulu li għandu.  Il-Gvern qal mod fil-manifest elettorali u issa fil-Parlament qed jagħmel bil-maqlub.

Huwa qal li qed jibża li lill-Awtorita’ tal-Agrikoltura qed intuha wisq saħħa u għalhekk din se tkun tista’ tagħmel li trid billi l-Gvern qal li din għandu jkollha l-aħħar kelma fid-deċiżjonijiet. Kull bidwi għandu jkollu d-dritt li jappella, mela deċiżjoni aħħarija. Vassallo staqsa lill-Gvern għaliex qed jinżel daqshekk b’saħħtu fuq is-settur tal-biedja. L-Oppożizzjoni trid bidwi b’saħħtu. “Wettaq dak li wiegħedt fil-programm elettorali tiegħek, mhux qed tagħtih dak”, temm jgħid Vassallo.