Lokali

”Irridu s-servizzi finanzjarji jimxu ‘l quddiem” – Kristy Debono

“Irridu nkomplu naħdmu biex l-industrija tal-finanzi timxi ‘l quddiem u tgħeleb kull sfida.”

Dan qalitu l-Kelliema tal-PN ghall-Ekonomija Kristy Debono waqt konferenza li saret minn IFSP – l-istitut li jirraprezenta lill-professjonisti li jahdmu fis-servizzi finanzjarji.

Kristy Debono saħqet li l-istejjer ta’ Pilatus Bank u l-iskandlu tal-Panama Papers kienu kazijiet li għamlu ħafna ħsara lil din l-industrija, daqs kemm għamlu lir-reputazzjoni Maltija. Hi qalet li dan li seħħ mhux xi ħaġa tal-passat u l-anqas kapitlu magħluq – kif qal il-Ministru tal-Finanzi.

Kristy Debono qalet li hemm bżonn li l-Gvern jieħu azzjoni hekk kif f’pajjiżna qed jigu aċċettati kemm il-korruzzjoni u anke l-ħasil tal-flus. U ghalhekk il-bzonn li nharsu r-reputazzjoni li domna snin biex bnejna.

Quddiem il-professjonisti li jahdmu f’din l-industrija, Kristy Debono spjegat kif bħala Oppożizzjoni, il-PN se jkun qed jaħdem biex jgħati sapport totali lis-settur tas-servizzi finanzjarji. Ghax jekk il-politici ma jharsux ir-reputazzjoni u ma joffrux dan is-support… tkun qed issir ħsara lill-ekonomija Maltija.