Numru ta’ klijenti tal-Bank of Valletta bħalissa qed jirrappurtaw illi ma jistgħux jidħlu fis-sit tal-bank u lanqas jużaw il-magni tal-ħwienet.
Aktar tard, kellna il-konferma li s-servizzi ta’ internet banking u mobile banking mhux jaħdmu. Iżda s-sit tal-BOV irritorna lura għan-normal f’anqas minn siegħa.
Net News prova jagħmel kuntatt mal-BOV imma sa issa dan kien kollu għalxejn.
Dan il-każ seħħ jiem biss wara is-cyber attack li tista’ tgħid ipparalizza l-operat tal-bank.
Aktar dettalji hekk kif jaslulna.