L-Indja ħabbret li bdiet attakk mill-ajru fuq militanti tal-Kashmir f’territorju Pakistani.
Dan wara attakk suwiċida li seħħ iktar kmieni dan ix-xahar u li ħalla 46 suldat Indjan mejjet.
Ministru Indjan qal li l-attakki kienu mmirati lejn kampijiet tat-taħriġ f’Balakot.
Il-Pakistan minn naħa tiegħu qal li bgħat ajruplani tal-gwerra biex jirritalja.
Din il-mossa tfisser eskalazzjoni fl-ostilità bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien – it-tnejn b’armi nukleari.
Dan hu l-ewwel attakk mill-ajru fuq din iz-zona ta’ kontroll sa mill-1971. Din hi zona maqsuma, parti minnha kkontrollatha minn amministrazzjoni Indjana tal-Kashmir u l-oħra minn amministrazzjoni Pakistana.
Is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Vijay Gokhale qal li dawn l-attakki ħallew għadd kbir ta’ militanti mejta, fosthom kmandanti. Ma jidhirx li kien hemm imwiet ta’ persuni ċivili.
//= $special ?>