Lokali Parlament

Ma ndumux naħsbuha biex ngħinu lil bdiewa

Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal hemm bżonn li ma norqdux biex nagħtu l-għajnuna għal bdiewa, għax kull ġurnata hija telf għalihom. Talab lill-Gvern biex ikollu l-kuxjenza jgħin lil bdiewa fuq dak li ġarrbu.

“Ma noqgħodu nduru mal-lewża u ndumu naħsubha. Fuq oqsma ta’ kultura u sewwa jagħmel se jgħin, imma nisperaw li meta niġu għal bdiewa mhux se nimxu b’id tal-ħadid. Ma nistgħux ndumu, il-ħsara huma bħal xena ta’ delitt, hemm min għandu mas-70,000 ewro ħsara.

Ma nistgħux ndumu naħsbuha jew il-burokrazija nħalluha tagħmel tagħha. Kliem il-bdiewa,” inkreddibbli l-ħsara”, u qalu “kissirli kollox, ejjew nifhmuhom u rridu nħossu l-weġġa’ ta’ min jitlef, jekk se nagħtuha, trid tkun reali, jekk għandu surplus irid jgħin, u mhemmx żmien x’naħlu.