Il-Gvern Malti għandu jaħdem aktar fuq Brexit, isir kif isir. Il-Prim Ministru Theresa May għamlet tliet proposti lill-Parlament Ingliż, u tkun xi tkun id-deċiżjoni finali, Malta trid tkun preparata, u għandna noqgħodu attenti jiġri x’jiġri.
Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament id-Deputat Nazzjonalista David Stellini appella lill-Gvern biex jinnegozja b’mod intelliġenti u jġib fondi, u anke jekk jista’ jkun aktar mill-ġab il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li kien ġab aktar minn Biljun Ewro.
Huwa qal li minkejja d-diskors fuq kemm sejra tajba l-ekonomija, jekk Malta tinnegozja b’mod intelliġenti tista’ takkwista pakkett tajjeb. Malta, qal, mhijiex Lussemburgu, li għandha ħafna pajjiżi madwara u miftuħa għal negozju. Malta hija differenti, iżola u għalhekk hemm punti li nistgħu nisfruttaw.
Il-kelliem qal li l-flus li ġab il-Prim Ministru Gonzi gawda minnhom kulħadd, inkluż każini tal-banda u diversi assożjazzjonijiet. Huwa qal li hemm bżonn niffukaw fuq fondi ta’ taħriġ u hemm bżonn tinvesti ħafna fuq taħriġ u edukazzjoni. Qal li jekk ir-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea, Malta tista tagħmel links mal-Ingilterra minħabba d-dinja Għarbija fejn nistgħu ngħinu lill-Ingliżi wkoll fuq dan il-punt.
Fuq Brexit qal li kellu numru ta’ telefonati li joqgħodu f’diversi nħawi tar-renju Unit, l-aktar li Skozja. Ħafna qed jgħidulu li ħafna drabi l-ambaxxata Maltija ta’ Londra mhux qed jaqbduha b’mod faċli. Mhijex sitwazzjoni kritika, imma hemm bżonn li jsir xi ħaġa. Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim huwa problema għal Malta. Donnu l-Gvern Malti għadu mhux preparat sew fuq dan kollu.
Il-Prim Ministru Ingliża May, qalet li se jkun hemm vot fit-12 ta’ Marzu, fejn se tpoġġi il-ftehim qed tinnegozzja mal-UE. Jekk il-Parlament Ingliz se jivvota kontra, l-għada trid tara jekk jaqblux iridux joħorġu mingħajr ftiehem, jista jkun ukoll jivvotaw biex jiskatta Artiklu 50 u, r-Renju Unit imbagaħad toħroġ bejn sitt xhur u sena oħra, għalhekk May se tpoġġi tliet possibilitajiet.
//= $special ?>