Sport Sport Ieħor

Philip Gruppetta jikseb rebħa konvinċenti fil-Masters tat-Ten Pin Bowling

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena Philip Gruppetta għeleb liċ-champion nazzjonali Mauro Anastasi 251-174 u rebaħ il-Masters. Gruppetta u Anastasi ddominaw l-aħħar fażi ta’ kwalifikazzjoni biex spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet għal finali bejn sitta.

Gruppetta lagħab kontra Melissa Swift u Kenneth Arpa, b’tal-aħħar ikun eliminat bi split kiefer fl-aħħar frame tal-ewwel logħba. Fit-tieni logħba, Gruppetta għeleb lil Swift. Fil-grupp l-ieħor, Anastasi ddomina lil Rankin Camilleri u Neil Sullivan b’logħob sabiħ.

Fil-finali fuq logħba waħda, Anastasi kellu prestazzjoni negattiva, b’Gruppetta jkollu bidu tajjeb bi tliet strikes konsekuttivi. Għalkemm Mauro Anastasi prova jirkupra bi strikes hu wkoll, Gruppetta żamm il-konsistenza u biex spiċċa rebbieħ. Fit-tielet post spiċċaw Neil Sullivan u Melissa Swift.