Lokali

Raġel jaqa’ minn għoli

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 56 sena minn Birżebbugia sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħaddiem fil-Marsa għall-ħabta ta’ 12.45p.m.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li
r-raġel waqa’ madwar tliet sulari għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħet ambulanza mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittma. Iktar tard, huwa kien
iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ naturi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin