Kultura Lokali

FILMATI: Messaġġ ta’ kuraġġ għad-dilettanti kollha tal-Karnival

Laqgħa mill-isbaħ fil-postijiet fejn qed jinżammu l-karrijiet; ħafna dilettanti jitkellmu dwar il-ħsarat li ġarrbu

Wara d-daqqa li sofrew il-parteċipanti tal-Karnival kaġun tal-maltemp qawwi fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Kap tal-PN Adrian Delia ilbieraħ bil-lejl żar l-imħażen tal-istess dilettanti u l-postijiet fejn qed iżommu l-karrijiet tagħhom.

Matul din iż-żjara spikkat id-determinazzjoni kbira li għandhom dawn id-dilettanti sabiex, minkejja d-daqqa tal-maltemp, ilestu kollox għal nhar il-Ġimgħa meta jibdew l-attivitajiet tal-Karnival.

Il-Kap tal-PN kellu wkoll l-opportunita’ li jisma l-isfidi li għandhom quddiemhom dawn id-dilettanti, u x’jixtiequ li jsir aktar biex tiġi preservata din it-tradizzjoni antika li tmur lura għal żmien il-Kavallieri tal-Ordni.

Għal din iż-żjara, Adrian Delia kien akkumpanjat mill-MEP Francis Zammit Dimech u minn numru ta’ kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Ritratti: Martin Agius