Il-Pulizija qed tissuspetta li l-Brittaniku li żamm il-katavru ta’ martu fir-residenza tagħhom għal 3 xhur għamel dan biex idaħħal il-flus tal-pensjoni tagħha.
Sorsi żvelaw lis-sit LovinMalta li ftit qabel il-mewt tagħha, Janet Harvey ħalliet lir-raġel tagħha juża l-card tal-bank sabiex imur jixtri fuq isimha u kien hawnhekk li Russell Harvey allegatament baqa’ jagħmel użu minnha – ankè wara li mietet.
Is-sorsi qrib l-investigazzjoni spjegaw li hemm evidenza ċara li r-raġel nefaq xi flus mill-pensjoni tal-mara permezz tal-card tal-bank ankè wara mewta.
Janet Harvey instabet bla ħajja fir-residenza tagħha f’San Pawl il-Baħar 3 xhur wara mewta.
Dan hekk kif ir-raġel tagħha, Russell Harvey, żamm il-katavru u ħeba l-mewt tagħha mingħajr ma informa lil ħadd b’dak kollu li kien seħħ.
//= $special ?>

