Għall-ħabta ta’ nofsinhar, anzjan ta’ 65 sena residenti San Pawl il-Baħar ittajjar minn vettura fi triq qrib il-promenade ta’ Buġibba. L-inċident seħħ fil-liwja ta’ Triq il-Ħalel.
Il-karozza tat-tip Nissan Navara kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Naxxar. Jidher li dak il-ħin l-anzjan kien akkumpanjat minn żewġ anzjani oħra.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll tim mediku li ħadu lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iktar tard hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>