Internazzjonali

BREXIT: Il-House of Commons jappoġġja l-istrateġija ta’ May għal Brexit

….Corbyn favur referendum ġdid

Il-Membri Parlamentari Brittaniċi appoġġjaw l-istrateġija ta’ Theresa May – bil-patt u kundizzjoni li l-Gvern ikun wettaq serje ta’ konċessjonijiet sabiex jilqa’ għal kwalunkwè disfatti.

Dan wara li l-pjan alternattiv tal-Partit Laburista Britanniku għal Brexit — jiġifieri li r-Renju Unit jingħaqad f’unjoni doganali mal-Unjoni Ewropea –  ma għaddiex mill-vot speċifiku fil-House of Commons ta’ Londra.

Dan hekk kif b’vot unanimu, l-proposta Laburista ġiet mgħeluba b’240 vot favur u 323 kontra.

Il-mexxej Laburista Jeremy Corbyn ried li jiprova jintlaħaq dan il-ftehim mal-Unjoni ġaladarba jidħol fis-seħħ il-Brexit sabiex, fost oħrajn, ma jkun hemm l-ebda xkiel fil-moviment ta’ prodotti lejn u mir-Renju Unit.

Madanakollu hu kien insista qabel li f’sitwazzjoni fejn il-pjan ifalli — u kif fil-fatt seħħ — il-Laburisti fl-Oppożizzjoni kienu sse jinsistu biex il-Brittaniċi jerġgħu jsemmgħu leħinhom f’referendum Ewropew ieħor.