Robert Cutajar qal li jikkonferma li kien se jivvota favur dan l-Abbozz tal-Pulizija, li huwa marbut l-aktar man-numri tal-bibien tar-residenti. Tenna qal li huwa fid-dmir li jitkellem b’rabta mas-sigurta f’pajjiżna. Saru proposti mill-Oppożizzjoni, iżda jidher li l-Gvern injora kollox, proposti fir-rigward u b’rabta mal-Kunsilli lokali.
Appella lill-Ministru biex jiġi spjegat u staqsa għaliex il-proposti ma ġewx inklużi fosthom il-Community Policing. Dak li huwa fattiibli li jista’ jsir il-Gvern mhux jagħti każ. Gvern jgħid li l-kriminalita qed tonqos. Tkellem fuq in-Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa u staqsa jekk dawn jistgħux iserrħu rashom fuq dak lin qal il-Gvern, li l-kriminalita’ qeda tonqos.
Fil-Mellieħa, serqiet minn residenzi saru ħamsa. “Pick-pocketing” bejn Novembru u Frar, kien hemm 37 rapport u kien hemm ukoll stabbilmenti li rreġistraw serq u tliet karozzi misruqin mill-Mellieħa. Anke fin-Naxxar ir-rata ta’ serq qed tgħolli rasha. Qal li jinkwieta meta f’erba’ xhur, bejn Novembru u Frar kien hemm 10 serqiet minn residenzi.
Il-“Community Policing” jaħdem barra minn Malta u għaliex le. 11-il vettura kienu misruqin minn Naxxar. F’San Pawl il-Baħar, 14. Mellieħa biss f’erba’ xhur reġistrata xejn anqas minn tliet karozzi u f’San Pawl il-Baħar 58 serqa, u fl-istess perjodu minn djar 36 serqa. Minn ħwienet f’San Pawl il-Baħar, ġew reġistrat tmien serqiet.
Appella lill-Ministru li meta tkellem fuq il-kunċett ta’ Community Policing, biex iħares lejn il-figuri allarmanti. Qal li ma nistgħux inħallu dan jgħaddi u bħal dan qiesu “business as usual”. Anke waqt id-dħul u l-ħruġ ta’ skejjel mhux dejjem ikun hemm il-Pulizija viġilanti u dan meta nafu kemm kibret il-problema tat-traffiku.
Irringrazzja lill-membri kollha tal-korp tal-Pulizija għax xogħol li qed jagħmlu u qal li dawn waħedhom ma jimxux, jekk ma jkunx hekk kordinament. Tkellem dwar il-LESA ma jaqblux kif din saret, għax ir-responsabbilita kienet f’idejn il-Kunsilli Lokali, li kellhom huma jibqgħu jagħmlu għax jafu x’inhuwa l-aħjar għal lokalita’.
Qal li jinteressah li jkun hemm sigurta’ fejn hemm tfal, bħal nurseries, dutrina u hemm bżonn li jidhru aktar uffiċjali tal-kommunita u aktar uffiċjali tal-Pulizija.
Min imexxi l-Korp tal-Pulizija, għandu jingħata riżors biżżejjed u hemm bżonn li nerġgħu naraw it-“tourism policing” għax dan kien ta fejda. Jidher li mhux qed ikun hemm aċċenn ta’ fejn qed ikun hemm żoni turistiċi, li hemm bżonnhom mhux biss għas-sajf.
F’San Pawl il-Baħar is-serq qed jerfa’ rasu, li kieku l-Gvern jifhem dwar dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni dwar il-“Community Policing”, żgur li mmexxu aħjar. Qal li m’aħniex nużaw l-aħjar riżorsi, vera daħlu Pulizija ġodda dan l-aħħar u awguralhom.
Appella biex jekk hemm bżonn kif ġew imwegħda, bis-serjeta l-Korp tal-Pulizija jingħata r-rispett li jixraqlu. Jekk verament irridu naraw li l-kriminalita titnaqqas bil-fatti. Billi ssemmi ċ-ċifri, min ġie misruq iċ-ċifri ma jinteressaħx minnhom. Tenna wkoll li qed jitkellem b’dan il-mod għax il-kontribut jingħata f’soċjeta’ li jimpurtaha.
Meta pajjiżna l-korruzzjoni qed tinkwietah, fejn skont aġenzija mill-Unjoni Ewropea, l-korruzzjoni qed tiswielna aktar minn €720 miljun, u din mhux perċessjoni, li f’pajjiżna għandna dan it-telf kollu, li bihom nistgħu nagħmlu ħafna aktar affarijiet.
//= $special ?>