Sport Waterpolo

Il-logħbiet tal-lum mill-Enemed Cup posposti għal għada

Wara li l-programm ta’ tliet logħbiet li kien skedat is-Sibt li għadda kellu jitħassar, l-istess destin mess it-tliet logħbiet tal-lum hekk kif kellu jitħassar il-programm minħabba l-maltemp li laqat fil-ħin tal-ewwel logħba.

Is-Sibt li għadda kienet qed tintlagħab l-ewwel logħba bejn Valletta u Birżebbuġa, bil-logħba titħassar f’nofs it-tielet sessjoni meta Valletta kienu 6-2 minn fuq. Iż-żewġ logħbiet ta’ wara bejn Sirens u San Ġiljan kif ukoll il-konfront bejn Exiles u Sliema tħassru. Il-kumplament tal-programm li tħassar se jintlagħab l-Erbgħa 6 ta’ Marzu.

Illum il-logħba bejn Neptunes u Valletta kellha titwaqqaf b’50 sekonda minn tmiem it-tieni sessjoni. B’hekk il-logħbiet bejn Sliema u Sirens kif ukoll Birżebbuġa v Exiles tħassru wkoll. Dawn il-logħbiet se jintlagħbu għada, bl-ewwel logħba tkompli fis-6.00pm filwaqt li jsegwu ż-żewġ logħbiet l-oħra.