Lokali

Imnedija t-tieni edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali fl-iskejjel primarji

Ġiet imnedija il-Qaritona Nazzjonali….maratona ta’ qari fl-Iskejjel Primarji għat-tieni sena konsekuttiva.

L-Erbgħa filgħodu l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu flimkien mal-President’s Trust Foundation taħt il-Patroċinju tal-President Marie-Louise Coleiro nediet it-Tieni Qaritona Nazzjonali.

Din l-inizjattiva qed issir sabiex it-tfal ikunu mħeġġa jaqraw aktar. Bil-fondi li ser jinġabru minn din l-edizzjoni, ser jinxtraw għodda edukattivi sabiex jitgawdew minn tfal bl-awtiżmu.

Il-President ta’ Malta tkellmet fuq l-importanza li t-tfal kollha jiksbu l-ħiliet neċessarji fil-litteriżmu. Hi insistiet fuq il-bżonn ta’ aktar għarfien dwar il-bżonnijiet edukattivi speċifiċi ta’ kull tifel u tifla u dwar il-ħtieġa li kull tifel u tifla jkollhom l-aħjar esperjenza edukattiva.

Qaritona Nazzjonali qed tiġi organizzata mill-Aġenzija Nazzjonali ta-Litteriżmu b’kollaborazzjoni mal-President’s Trust Foundaition, is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel, l-iSpeech and Language Department tal-Ministeru għas-Saħħa, il-FITA, u l-Kunsill Konsultattiv Malti dwar l-Awtiżmu.