Lokali Transport

Jasal Malta l-aktar katamaran veloċi fid-dinja

Ritratt: Roberto Runza

Wasal Malta l-katamaran ‘San Ġwanni Pawlu II’ – l-aktar katamaran veloċi fid-dinja.

Il-katamaran deher dieħel fil-Port il-Kbir kmieni dalgħodu.

Dan il-katamaran ser ikun qed jopera bejn Malta u Sqallija minn Marzu fejn ser iġorr fuqu mad-900 passiġġier u 170 vettura. Fuq ġewwa hemm installati 1,100 siġġu sabiex kulħadd ikollu fejn ipoġġi.

Filwaqt li dan huwa t-tieni l-akbar fid-dinja tat-tip tiegħu, il-veloċita tiegħu tlaħħaq is-70 kilometru fis-siegħa.