Lokali

“Joe kien maħbub minn kulħadd” – xokk qawwi wara t-traġedja li seħħet fl-Imsida

Ħafna huma xxukjati bil-mewta traġika ta’ Joseph Dimech, l-anzjan illi miet dalgħodu fin-nirien li ħakmu appartament qrib il-Junior College tal-Imsida.

Għal ħin twil, l-anzjan ma setax jinstab. U wara tfittxija intensiva hu intlemaħ permezz ta’ drone li ttella’ biex jgħin fit-tiftix. L-anzjan, li ghandu 70 sena, instab mejjet f’xaft tal-blokka tal-appartamenti.

It-triq kienet dominata minn xeni ta’ kommossjoni bil-qraba ta’ Dimech, ixxukjati b’dak li seħħ. Nies li tkellmu ma’ Net News iddeskrivew lil Joe Dimech bħala persuna dħulija, li kien kien maħbub minn kulħadd.

FILMAT: Anzjan jitlef ħajtu wara li nirien ħakmu residenza fl-Imsida